Probabli, fil-Kanada twaqqaf rekord ġdid għall-iktar kowċ tal-futbol li tkeċċa malajr. Dan hekk kif CF Montreal Impact, li huwa t-tieni tim tal-iskwadra li tilgħab fl-MLS Montreal Impact, keċċew lill-kowċ Sandro Grande 15-il siegħa biss wara li ngaġġawh.
Ir-raġuni li ta l-klabb kienet li Grande, li huwa Taljan-Kanadiz li twieled f’Montreal u huwa wkoll eks plejer ta’ Montreal Impact, fl-2012 għadda kummenti dipreġġjattivi wara l-attentat ta’ qtil fuq il-Prim Ministru ta’ Quebec Pauline Marois waqt li din kienet qed tagħmel diskors wara r-rebħa elettorali tagħha.
Fuq Twitter Grande kien kiteb: “L-uniku żball li għamel it-tiratur kien li tilef il-mira tiegħu. Ħabib, għal darb’oħra Nispera!”
Il-President tal-klabb Gabriel Gervias, ħareġ stqarrija fejn ikkonferma li Grande kien tkeċċa filwaqt li skuża ruħu għal kwalunkwe riperkussjonijiet li setgħet ħalliet din id-deċiżjoni. Huwa ammetta li l-klabb ura nuqqas ta’ sensittività u ssotovaluta bi kbir il-kummenti li kien għadda Grande.
//= $special ?>