Fl-aħħar sigħat, il-Kamra tal-Inġiniera kkundannat il-kummenti tad-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis li nhar it-Tlieta fil-Parlament indirizza lid-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut bil-kliem “stick to engineering”.
Il-Kamra tal-Inġiniera qalet li tinsab iddiżappuntata bil-kumment ta’ Zammit Lewis.
Dan il-kumment ġie deskritt bħala “degradanti lejn l-inġiniera u l-professjoni tagħhom”.
Zammit Lewis kien qed jitkellem waqt it-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Hawn, dar lejn Mark Anthony Sammut u f’ħin minnhom qallu “allaħares kont avukat jew politiku li jara sal-ponta ta’ imnieħru”.
Il-Kamra tal-Inġiniera ikkundannat din l-attitudni.
Il-Kamra qalet illi l-ammont sabiħ ta’ inġiniera fil-Parlament hu ta’ benefiċċju għas-soċjetà, u appellat lill-inġiniera biex ma jiżbgħuż jipparteċipaw fl-isfera politika.
//= $special ?>