Manchester United laħqu ftehim biex jiffirmaw lill-Olandiż ta’ 30 sena Wout Weghorst b’self mingħand Burnley, bl-attakkant se jitlaq minn ma’ Besiktas fejn bħalissa huwa misluf
Il-klabb Tork se jirċievi kumpens ta’ £2.5 miljun mingħand United biex itemm is-self tal-attakkant ta’ 30 sena qabel iż-żmien.
Besiktas se jirċievu l-ħlas direttament mingħand United minflok Burnley, il-klabb propja ta’ Weghorst.
Besiktas kienu qed ifittxu sostitut qabel ippermettew lil Weghorst jitlaq bill-klabb jinsab f’taħditiet ma’ Vincent Aboubakar ta’ Al Nassr u qed jittamaw li jikkonkludu ftehim malajr kemm jista jkun.
Weghorst mistenni jasal f’Manchester aktar tard illum biex jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt.
//= $special ?>