Kien ftit qabel l-erbgħa tal-Ħamis waranofsinhar meta numru ta’ studenti ġew evakwati mill-Kulleġġ tal-MCAST ta’ Raħal Ġdid wara li nirien ħakmu parti mill-kumpless tal-ICT.
Filwaqt li fortunatament ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident, Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tfew in-nar minnufih grazzi għal intervent f’waqtu.
Intant l-istudenti li jattendu fl-Institute tal-ICT, ġew infurmati permezz email li għada mhux ser ikunu jistgħu jattendu għal-lectures fil-kumpless minħabba l-fatt li m’hemmx provista tal-elettriku u li hemm bżonn isir manutenzjoni u tindif.
//= $special ?>