Mara ta’ 40 sena, residednti San Ġiljan kellha s-sentenza tagħha ta’ 13-il xahar ħabs miżjuda għal sentejn wara li nstabet ħatja li serqet ħwejjeġ minn żewġ ħwienet. Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li minkejja d-diversi opportuntajiet mogħtija, Daniela Spiteri, naqset li tagħmel progress biex tegħleb il-vizzju tad-droga.
Daniela Spiteri kienet instabet ħatja li f’Awwissu 2014 serqet ħwejjeġ minn ħanut li jinsab f’San Ġiljan u li f’Ottubru tal-istess sena serqet ħwejjeġ minn ħanut fil-Belt. Fis-17 ta’ April 2018 il-Qorti tal-Maġistrati sabitha ħatja u kkundannata 13-il xahar ħabs imma Spiteri appellat mis-sentenza.
Il-Qorti qalet li kienet wisq paċenzjuża mal-mara u minkejja li ġiet mogħtija diversi opportunitajiet biex terġa’ taqbad it-triq it-tajba u minkejja li issa għaddew diversi xhur hija m’għamlitx progress fir-rigward tal-“vizzju misħut tad-droga”. L-Imħallef qalet li issa ddeċidiet li tieqaf tagħtiha aktar opportunitajiet u minflok qed titratta magħha talli kisret ordni tal-probation mogħtija lilha fl-2020.
Il-Qorti wara li rat l-artikoli tal-ligi ta’ l-akkuza li sabet lill-appellanta ħatja ta’ serq aggravat bil-valur ta’ inqas minn €2,329.37 izda iktar minn €232.94 u ghalhekk wara li rat l-artikoli tal-ligi u appuntu l-Artikolu 261 (c), 267, 279 tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta ikkundannata ghal sentejn priġunerija effettivi.
Il-Qorti għamlet r-rakomandazzjoni tagħha sabiex id-Direttur tal-Facilità Korrettiva ta’ Kordin jgħin lill-ħatja tindirizza l-problema ta’ abbuż tad-droga. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana.
//= $special ?>