Futbol Sport

Roma u Fiorentina fil-kwarti finali tal-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

Roma għamluha għal fażi li jmiss tal-Coppa Italia meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fl-64 miunta meta Gianluca Mancini għadda tajjeb lejn Paolo Dybala, bl-Arġentin jikkonkludi fix-xibka biex ta rebħa lit-tim immexxi minn Jose Mourinho.

Riżultati: Illum: Fiorentina v Sampdoria 1-0, Roma v Genoa 1-0