L-Erbgħa saru magħrufa l-aħħar żewġ kwarti-finali tal-Masters 2023 li qed isiru fl-Alexandra Hotel, Lonrda.
Fl-ewwel logħba Judd Trump irnexxielu jdawwar ir-riżultat minn 5-3 minn taħt biex għeleb lil Ryan Day 6-5 fid-decider frame. Fil-kwarti tal-finali Trump issa jilgħab kontra n-numru 3 Barry Hawkins.
Fil-logħba l-oħra Stuart Bingham ukoll għamilha għall-kwarti tal-finali wara li għeleb lil Kyren Wilson 6-3. Fir-round li jmiss Bingham jilgħab kontra Shaun Murphy.
//= $special ?>