Mill-Premier League, fi Craven College Fulham kisbu rebħa sorprendenti fuq Chelsea bl-iskor ta’ 2-1.
Din kienet telfa oħra għal Chelsea li kompliet iżżid il-pressjoni fuq il-kowċ Graham Potter u s-sid tal-club Todd Boehly. Kienu Fulham li fetħu l-iskor fil-25 minuta meta kien l-eks tal-partita Willian li ra l-konklużjoni tiegħu tkun devjata għal ġewwa għal 1-0.
Chelsea għamlu l-iskor indaqs fis-47 minuta permezz tad-difensur Kalidou Koulibaly, qabel fit-58 minuta huma spiċċċaw jilagħbu b’għaxar t’iplejers, meta tkeċċa għalihom l-akkwist il-ġdid Joao Felix għal daħla perikoluża. Fulham skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-73 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Carlos Vinicius.
//= $special ?>