Lokali

AĠĠORNATA: Tittajjar persuna f’Baħar iċ-Cagħaq

Huwa Filippin ta’ 17-il sena residenti San Pawl il-Baħar, ir-raġel li dalgħodu ttajjar minn vettura fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.


Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni:

Aktar kmieni dalgħodu, raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara inċident li seħħ fi Triq Tul il-Kosta n-Naxxar, direzzjoni lejn Pembroke.

Net News hu nfurmat li r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza wara li ttajjar minn vettura tat-tip Mazda Demio, misjuqa minn mara t’34 sena, residenti l-Mellieħa.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.

Aktar kmieni:

Ftit tal-minuti ilu ttajret persuna f’Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-iSplash & Fun.

Skont informazzjoni li għandna jidher li l-persuna intlaqtet minn vettura, iżda s’issa għadha mhux magħrufa l- identità u lanqas il-kundizzjoni tagħha.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna.