Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li tittajjar minn karozza f’Ħal Lija

Anzjana ta’ 74 sena residenti Ħal Lija sofriet minn ġreiħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq il-Kbira, Ħal Lija.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-10:00am ta’ filgħodu hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li ttajret mara.

Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 74 sena residenti Ħal Lija stess, intlaqtet minn karozza Volkswagen Polo li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 53 sena residenti l-Imtarfa.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.