“Irrid jintloħoq bilanċ bejn li nkunu ċ-ċentru tal-innovazzjoni li jattira inizjattivi internazzjonali ġodda, iżda li nagħtu wkoll opportunitajiet liż-żgħażagħ biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa f’Malta stess”
Dan huwa dak li qal il-President ta’ Malta George Vella fid-diskors li wassal fl-okkażjoni tal-iskambju tal-awguri għas-sena l-ġdida mal-Korp tal-Konsli Onorarji Akkredidat għal Malta fejn fost l-oħrajn irringrazzjahom għall-impenn tagħhom … speċjalment tul l-għeqel tal-pandemija.
Il-President ta’ Malta qal li jeħtieġ jkun hemm promozzjoni li tippromowvi l-interessi ta’ Malta f’diversi setturi, inkluż it-turiżmu u l-istudju tal-Ingliż, il-qasam marittimu, l-avjazzjoni u kif ukoll anki dak tal-farmaċewtika.
Fid-diskors ingħatat ħarsa wkoll lejn il-kisbiet li Malta wettqet fl-aħħar sena, inkluż il-Presidenza ta’ Roberta Metsola fi ħdan il-Parlament Ewropew u l-irwol li Malta kisbet biex tkun Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.
Il-President ta’ Malta min-naħa tiegħu ħeġġeġ ukoll lil Konsli Onorarji biex ikomplu jservu fl-irwol tagħhom u jedukaw lill-barranin li jinsabu f’Malta biex ikollhom għarfien tal-obbligi u d-drittijiet legali tagħhom fil-mument li jibdew jgħixu f’Malta.
Huwa semma’ wkoll l-isfida fil-qasam tas-saħħa mentali l-inċertenzi li qed jitfgħu konsegwenzi fuq l-ekonomija u anke l-provvisti tal-enerġija.
//= $special ?>