Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar, il-klabb ta’ Agones SFC organizza l-ewwel tellieqa tal-Eurosport Adidas ‘Terrex’ Trail Running League ġewwa Wied Qirda, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
F’din it-tellieqa ħadu sehem madwar 165 parteċipant, li huwa numru rekord, li għaddew mit-trejqat u l-mogħdijiet tal-wied, qalb zkuk tal-qasab, ġebel u għadajjar mimlija tajn, fatturi li għamlu din il-ġirja mhux biss aktar teknika u interessanti, iżda fuq kollox diffiċli.
L-atleti għaddew ukoll minn fejn żewġ postijiet storiċi u ikoniċi tal-wied, ‘Il-Qabar tas-Sinjura’ u l-kappella ‘Tal-Viżitazzjoni’ tas-Seklu 17.
Il-ġirja ntrebħet minn Darren Sultana tal-klabb DsportsLab, segwiet minn Luke Cauchi ta’ The Club u Kevin Zammit ta’ Libertas.
Fuq il-podium tan-nisa spiċċat fl-ewwel post Jemima Farley tal-Ladies Running Club. Fit-tieni post daħlet Yasmine Mcgahern, filwaqt li Katrina Cuschieri ta’ The Warehouse Club’ daħlet fit-tielet post.
Il-kampjonat ikompli nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar f’Ħal-Saptan, għal ġirja oħra li din id-darba se tkun qed issir bil-lejl.
//= $special ?>