Aktar kmieni din il-ġimgħa telgħu il-poloz tal-E&L Futsal Knock-Out bir-rebbieħa tas-sena l-oħra l-Università ta’ Malta se jibdew jiddefendu t-trofew kontra r-rebbieħ tal-konfront bejn Fgura u t-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena.
Polza interessanti hija dik bejn iċ-champions Luxol u l-isfidanti tagħhom dan l-istaġun Swieqi United. Mill-ewwel round ukoll Żurrieq se jilagħbu kontra l-Malta Veterans filwaqt li Ta’ Xbiex jaffaċċjaw lil min jirbaħ bejn Marsaskala u St George’s.
Il-logħob mir-rawnd preliminari jintlagħab bejn il-25 u s-27 ta’ Jannar li ġej fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke.
//= $special ?>