L-awtoritajiet fil-Ġappun qalu li, din is-sena, se jiddisponu minn aktar minn tliet miljun tunnellata ta’ ilma radjuattiv mill-impjant nukleari meqrud ta’ Fukushima.
Fl-istess ħin, l-istess awtoritajiet qalu li l-maġġoranza tal-partiċelli radujattivi kienu trattati b’mod li jinżammu mal-livell ta’ radjuattività aċċettabbli fuq bażi nazzjonali.
Iżda waqt li l-International Atomic Energy Agency (IAEA) qalet li l-proposta ma tinkludix element ta’ periklu partikulari, l-Istati ġirien tal-Ġappun huma inkwetati dwar dan il-proċess u r-riperkussjonijiet li jista’ ikollu.
Id-diżastru ta’ Fukushima, fl-2011, jibqa’ imsemmi bħala l-agħar inċident nukleari li qatt rat id-dinja wara l-inċident ta’ Chernobyl, fl-Ukrajna, f’nofs is-snin tmenin. U waqt li diġà beda l-proċess għat-tneħħija tal-faċilità inkwistjoni, ix-xogħol relatat kapaċi jdum għaddej għal madwar 40 sena.
Il-Ġappun mistenni jiddisponi mill-ilma inkwistjoni f’xi żmien bejn ir-rebbiegħa u s-sajf u l-Gvern f’Tokjo għandu jistenna għar-rapport komprensiv tal-IAEA qabel jikkonkludi l-proċess.
//= $special ?>

