F’sentenza ta’ 33 paġna, ż-żagħżugħ ta’ 22 sena minn Bormla ġie kundannat 20 sena ħabs wara li nstab ħati mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li stupra lill-omm l-ex tfajla tiegħu erba’ snin ilu fir-residenza tagħha f’Marsaskala. Huwa nstab ħati ta’ erba’ kapi t’akkuża fosthom li f’Jannar tal-2019 stupra lil omm l-eks tfajla tiegħu b’oġġett, li kienet lasta ta’ xkupa.
Huwa nstab ħati wkoll li ġiegħel lil oħt l-eks tfajla tiegħu tistupra lil ommha, li kkaġuna biża’ fuq il-vittmi li se tintuża vjolenza kontrihom u li kellu x’jaqsam tat-tfajla tiegħu meta kienet għadha taħt l-età. Dan meta kellu x’jaqsam sesswalment magħha meta kellha 14-il sena.
Huwa ma nstabx ħati li żamm lill-vittmi kontra r-rieda tagħhom. Dan, għax intqal, li omm l-eks sieħba tiegħu ħarġet regolarment għax-xogħol u bintha baqgħet tiltaqa’ mal-għarus u li l-allegati vittmi kienu joħorġu mid-dar regolarment. Il-ġuri sar bla ġurati fuq talba tal-akkużat.
Il-Qorti kkonkludiet li mhux minnu li kien hemm l-ispirti fid-dar fejn seħħew ir-reati li tagħhom instab ħati l-akkużat. Il-Qorti hija konvinta, li r-reati, wettaqhom l-akkużat, inkluż li kien jagħmel il-ħsejjes tax-xitan. L-abbużi sesswali seħħew fid-29 ta’ Jannar 2019 u fix-xhur ta’qabel.
Iż-żagħżugħ instab ħati li sfrutta l-vulnerabbiltà tal-familja bi problemi tat-tfajla tiegħu biex iġġiegħelhom iwettqu atti sesswali umiljanti. Il-ġuri nsar fl-Awla 14. Għall-akkużat, li mistenni jappella mis-sentenza deherl-Avukat Mario Mifsud. L-Avukati Angele Vella u Franceso Refalo qed imexxu l-każ għall-Prosekuzzjoni. L-Avukat Lara Dimitrijevic dehret bħala parte civile fil-ġuri.
//= $special ?>