Sport Sport Ieħor

Mountain Biking: Aktar minn 100 parteċipant mistennija jieħdu sehem fl-XC National Point Series 2023

Il-Malta Mountain Bike Association ħabbret il-kollaborazzjoni tagħha għat-tieni sena konsekuttiva ma’ Simonds Farsons Cisk plc permezz ta’ Cisk 0.0 Alcohol-Free Lager kif ukoll l-organizzazjoni tal-XC National Points Series 2023.

Is-serje XC National Points 2023 tikkonsisti f’ħames tiġrijiet XC imtellgħin f’postijiet differenti madwar Malta u Għawdex u li jilħqu l-qofol tagħhom bl-avveniment tal-Kampjonati Nazzjonali Cross Country.

L-ewwel tiġrija se ssir fil-masġar tal-Miżieb, nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fit-8am fejn fost il-parteċipanti mistennija jieħdu sehem iċ-champion attwali Mark Zammit Stefan Scerri, Maurice Formosa u Jason Vella, li se jkunu qed jieħdu sehem fil-kategorija Elite. Din is-sena fil-Kategorija Elite se jieħdu sehem 20 parteċipant, li huwa l-akbar numru fl-aħħar snin.