Fid-dawl tal-aġġornament riċenti fil-Grupp Parlamentari, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar tibdil fir-responsabbiltajiet tal-Kelliema tal-Partit.
L-aġġornament fir-responsabbiltajiet huma kif ġej:
– Charles Azzopardi sar Kelliem għad-Delizzji u t-Tagħlim ta’ Matul il-Ħajja
– Albert Buttigieg sar Kelliem għal-Livell ta’ Għajxien Aħjar b’Impenn Kontra l-Għoli tal-Ħajja
– Mario de Marco sar Kelliem għat-Turiżmu
– Carm Mifsud Bonnici sar Kelliem għar-Riforma Kostituzzjonali
– Chris Said, li hu l-President tad-Djalogu Soċjali, sar ukoll Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja
– Justin Schembri sar Kelliem għall-Edukazzjoni u s-Snajja
//= $special ?>