Raġel ta’ 30 sena residenti l-Imqabba, qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bejn karozza u mutur f’Ħal Kirkop.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-0700am ta’ filgħodu, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Ġużepp Barbara, Ħal Kirkop.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Renault Clio, misjuqa minn raġel ta’ 75 sena residenti Ħal Safi, u mutur Honda misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>