Lokali Qorti

Żvolta fil-ġuri dwar il-qtil ta’ Sion Grech: Mibgħuta żewġ emails lill-Imħallef fejn ġew żvelati fatti dwar il-każ

Żvolta fil-ġuri ta’ Libjan u Tuenżin li għaddejin ġuri b’rabta ma’ qtil taż żagħżugħ transgender ta’ 20 sena, 18-il sena ilu. L-Imħallef Aaron Bugeja, li qiegħed jippresiedi l-każ dwar l-omiċidju ta’ Sion Grech, żvela li rċieva żewġ messaġġi permezz ta’ email fl-indirizz elettroniku professjonali tiegħu mibgħuta minn persuna li f’dan l-istadju l-identità tagħha ma tistax tiġi identifikata.

L-indirizz elettroniku tagħha jirriżulta li hu marbut mad-domain użat fl-indirizzi elettroniċi tal-Gvern ta’ Malta. F’dan il-messaġġ din il-persuna ma baqgħetx anonima u stqarret l-identità tagħha, u hawn żvelat fatti marbuta ma’ dan il-każ, kif ukoll saru ċerti kummenti b’referenza għal wieħed mill-akkużati.

Rigward din l-iżvolta, l-Imħallef ħalef li ma jikkomunika bl-ebda mod mal-ebda parti, u li għamel biss huwa li nforma lill-partijiet b’dan l-iżvilupp, kif ukoll bil-kontenut tal-messaġġ, u bagħat kopja wkoll tal-istess messaġġ u l-kontenut tiegħu lill-President tar-Repubblika.

L-Imħallef spjega li kull min ikollu informazzjoni li tista’ tkun b’xi mod marbuta ma’ xi każ partikolari, għandu jgħaddi dik l-informazzjoni mal-Pulizija jew mal-Avukat Ġenerali, iżda l-ebda nformazzjoni m’għandha tintbagħat lill-ġudikant li jkun qiegħed jippresjedi dik l-kawża.

It-tieni email lill-Imħallef Aaron Bugeja

L-ewwel email intbagħat filgħodu filwaqt li ieħor intbagħat wara nofs inhar. Hawn il-Qorti qalet li kienet qed terġa’ tinnota messaġġ ieħor mill-istess email address, riċevut fl-indirizz tal-email professjonali tal-Imħallef Aaron Bugeja, l-istess persuna reġgħet bagħtet email ieħor b’żieda mal-messaġġ li kienet bagħtet iktar kmieni matul il-jum.

L-Imħallef reġa’ ġibed l-attenzjoni tal-partijiet dwar dan il-messaġġ addizzjonali kif ukoll informa lill-partijiet bil-kontenut tiegħu. Kif għamel b’referenza għall-ewwel messaġġ, l-Imħallef reġa’ tenna dak diġà verbalizzat aktar kmieni matul is-seduta, u se tintbagħat kopja ta’ dan il-messaġġ lill-President ta’ Malta George Vella.

Reġa’ spjega li persuni li jkollhom informazzjoni dwar każ pendenti għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet investigattivi ta Malta u mhux jagħmlu komunikazzjoni diretta mal-Imħallef sedenti jew ma’ xi membru tal-ġurija.

Huma l-Libjan Ismael Habesh u t-Tuneżin Faical Mahouachi bdew għaddejjin ġuri quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja akkużati bil-qtil ta’ Simon Grech, magħrufa l-aktar bħala Sion, f’April tal-2005. Huma qed jiġu akkużati li qatlu lil Grech – li kienet mara transgender – b’madwar 17-il daqqa ta’ sikkina. Il-feriti kienu kkonċentati l-aktar li fl-għonq u s-sider, bil-vittma tinqatel f’għalqa fil-Marsa.

Habesh ta; 52 sena u Mahouachi ta’ 55 sena, qed jiġu akkużati bil-qtil volontarju ta’ Grech, il-pussess ta’ arma tan-nar waqt ir-reat u l-ġarr ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja u fil-każ ta’ Habesh li wettaq il-qtil meta saq karozza li kien parteċipi fis-serq tagħha. Fil-fatt Habesh qed jiġi akkużat li rċieva oġġetti misruqa b’rabta mal-karozza Ford Escort li ntużat biex hu u Mahouachi, jmorru ħdejn Grech, li bla ħajja. Il-ġuri huwa kompost minn disa’ membri, ħames nisa u erba’ rġiel fejn huma 62 xhud li rċevew riferta biex jixhdu. 

Sadanittant filgħodu waqt il-ġuri bdiet tixhed Grace Xuereb li kienet ilha taf lil Sion Grech għal madwar sena, imma qalet li l-vittma ma kinitx tal-qalba, imma biss “ta’ bonġu u saħħa”, anke jekk ukoll kienet prostituta u tieħu d-droga ma’ Sion Grech. Lil Ismael Habesh qalet li kienet ilha tafu madwar sena, il-biċċa l-kbira kienu jitkellmu fuq id-droga. Qalet ukoll li lil Sion Grech kienet ratha bid-demm f’idha ukienet tidher imfixkla imma ma tafx għaliex.

Ix-xhud qalet li l-aħħar jum li tkellmet mal-vittma, qaltilha dwar argument li kienet għadha kif kellha ma’ klijent wara li dawn irrifjutaw li jħallsu bil-quddiem għas-servizzi sesswali tagħha. Dak l-argument irriżulta f’gidma f’id il-vittma, li hija lemħet u staqsietha dwarha.

Iktar tard dak il-lejl Grace Cini rat lil Grech eżatt kif kienet dieħla fl-eks Tiger Bar, li kien wieħed mill-postijiet f’dik l-inħawi tal-Marsa fejn in-nisa kienu jiffrekwentaw. “Kienet ħdejn il-bieb, tħares ‘il barra u tpejjep.” Dik kienet l-aħħar darba li Cini rat lill-vittma.

Aktar tard dik il-lejla, Cini rat ukoll lil Habesh f’Ford Escort ħamra. Meta mistoqsija dwar l-imġieba tiegħu, ix-xhud qalet li kien waħdu u kien dlam, madankollu, deher “normali”. Cini qalet li kienet taf lil Grech biss billi tgħidlu “hello u goodbye” u tkellmet ma’ Habesh “l-aktar dwar id-droga”.

Qalet li ma kinitx tgħix “ħajja sura.” Hija kienet waqfet tmur il-Marsa ftit xhur wara l-qtil. “Imma mhux minħabba dak li ġara lil Sion Grech. Dejjem kont xtaqt nieqaf,” spjegat x-xhud. Mistoqsija jekk Grech qatt kellha relazzjoni ma’ xi ħadd ieħor minbarra Habesh, Cini qalet li l-vittma “titkellem ma’ kulħadd iżda qatt ma kellha relazzjoni ma’ ħadd. Ma stajtx ngħid li kellha relazzjoni miegħu, għax qatt ma għamlu xejn fil-pubbliku”.

Liebes dublett tad-denim blu, top wrap-over beige, ġakketta tal-ġilda kannella, bra iswed u qliezet ta’ taħt ħomor, il-vittma żammet lajter tal-gass blu f’idejha x-xellugija, splatted bid-demm. Tliet kondoms f’tgeżwir tal-fidda ssiġillati kienu jinsabu viċin, Taħt il-ġisem instab domino b’żewġ tikek bl-irħam aħdar u abjad u mill-ħaxix ħdejn il-pala tax-xellug tal-vittma ttellgħet munita ta’ 50 ċenteżmu.

Fost ix-xhieda ta d-depożizzjoni tiegħu wkoll l-eks Surġent tal-Pulizija Robert Scicluna, uffiċjal fuq ix-xena tar-reat li kien ingħata l-inkarigu fit-13 ta’ April tal-2005. Qal li l-katavru kien liebes dublett tad-denim, qalziet ta’ taħt aħmar, wrap over kannella, bra iswed u ġakketta tal-ġilda kannella.

Idha l-leminija kienet fuq rasha. F’idha x-xellugija kellha lighter tal-gass, u maġenbha xi pakketti tal-kontraċettivi li kellhom xi titjir ħamrani, suspettat demm. Mal-art ħdejn il-katavru nstab mobile roża Panasonic u munita tal-50 ċenteżmu ta;-ewro ta’ Malta. Kien hemm ukoll par żarbun abjad bit-takkuna, qies 39 misjub, u dan instab f’għalqa maġenb il-katavru.

Il-par żarbun nstabu fl-ewwel parti ta’ passaġġ f’għalqa fejn kien instab il-katavru li kien fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. L-eks surġent Robert Scicluna qal li kien hemm ħafna dubbien u r-riħa tinten madwar il-ġisem. Reġa xehed ukoll x-xjentist forensiku Robert Cardona.

Fix-xhieda tiegħu jkomplu jintwerew lill-ġurari l-oġġetti li nstabu, din id-darba li ġew eżaminati minnu. Fost l-affarijiet ippreżentati kien hemm ġakketta tal-ġilda kannella b’tiċpis skur u bit-tiċrit fiha, wrapover kannella ċar b’tiċpis skur ħamrani u bit-tiċrit fih, bra iswed b’tiċrita fuq in-naħa tax-xellug, qalziet ta’ taħt aħmar ukoll imċappas, dublett qasir tad-denim, b’lazzijiet bojod u b’tiċpis ħamrani, biċċiet tad-dwiefer mis-swaba’ taż-żewġ idejn u kampjun ta’ xagħar mir-ras tal-katavru ta’ Sion Grech

L-avukati Anthony Vella u Abigail Caruana Vella mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qed imexxu prosekuzzjoni. L-avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila huma l-avukati ta’ Habesh. L-avukat Simon Micallef Stafrace huwa avukat ta’ Mahouachi. L-Avukat Roberto Montalto qed jidher parte civile.