Ħamrun Bayern u Ħamrun Education Bar telgħu fl-ewwel post tal-Ewwel Diviżjoni wara li t-tnejn li huma rebħu l-aħħar konfronti tagħhom.
Ħamrun Bayern A rebħu lil Ħamrun Bayern B 6-2 filwaqt li Ħamrun Education Bar kellhom konfront aktar diffiċli li iżda rnexxielhom jirbħu kontra Floriana Ajax 5-3. Kif jidika l-iskor din il-logħba kienet bilanċjata fejn f’ħin minnhom l-iskor kien dak ta’ 3-3 b’Ħamrun jirnexxielhom jirbħu ż-żewġ logħbiet ta’ wara.
F’logħba oħra ferm interessanti, Fgura Kenky u Sliema Inter Darts Club spiċċaw fi draw ta’ 4-4. Minkejja li s-Slimiżi mhux dejjem qed ikunu konsistenti fil-logħob tagħhom, ipproduċew wirja tajba kontra l-Fgurin sabiex ħadu punt importanti.
Anke Manchester Conquest Pub daħlu biċ-ċans li jkomplu jissieltu għar-rebħ tal-unuri wara rebħa tajba ta’ 6-2 kontra Marsa Top Gun.
Mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Beland Żejtun irreġistraw ir-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil Fgura Maypole 6-2 filwaqt li PO’s Bar Gudja resqu viċin il-leaders Birżebbuġa Lions wara rebħa ta’ 5-3 kontra Mqabba Tal-Ġilju.
It-tielet diviżjoni qed jiżvolġi wkoll f’kampjonat ferm interessanti bil-leaders jibqgħu Birgu Boċċi Club li ma sabuhiex daqshekk faċli jirbħu lil Leah’s Bar 5-3.
Juventutis Domus baqgħu żewġ punti bogħod mill-Ġirbin wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Mqabba 7-1 bi Duke’s Bar A li għelbu lit-tieni tim tagħhom Duke’s Bar B bl-istess skor.
//= $special ?>