Rafael Conrado Prudente tal-Qala Saints huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Settembru 2022.
L-Attakant Brażiljan, li ngħaqad mas-Saints fil-bidu tal-istaġun mingħand Fgura United huwa skorer prolifiku li jiddistingwi ruħu wkoll bit-tmexxija u l-fiduċja li jispira fi sħabu speċjalment f’fażijiet diffiċli matul il-logħob.
Prudente mill-ewwel wera l-kapaċitajiet tiegħu, meta skorja doppjetta fid-debutt tiegħu fil-Kampjonat Għawdxi kontra l-Oratory Youths, b’2 doppjetti oħra kontra Sannat Lions u Victoria Hotspurs u gowl importanti kontra Kercem Ajax għad-draw ta’ 1-2. Is-7 gowls tiegħu f’4 logħbiet għenu lill-Qala jiksbu 10 punti minn 3 logħbiet u jistabbilixxu ruħhom bħala sfidanti serji għat-titlu tal-Kampjonat tal-1 Diviżjoni tal-BOV GFA.
Marcelo Barbosa, li wkoll ġej mill-Brażil kiseb il-premju individwali għal Ottubru u din hija r-raba’ darba li rebaħ dan l-unur. Il-kontribuzzjonijiet ta’ Barbosa ppermettewhom itemmu l-ewwel rawnd fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-BOV GFA fejn fetaħ l-iskor fir-rebħa tagħhom ta’ 2-1 fuq Kercem Ajax. L-aqwa skorer tas-sena l-oħra għandu l-għan li jgħin lit-tim tiegħu jikseb it-titlu.
Charmaine Borg, Manager tal-Fergħa tal-BOV fir-Rabat Għawdex ippreżentat lir-rebbieħa bit-trofew tagħhom. Iż-żewġ plejers għażlu lil Fondazzjoni Arka biex jibbenefikaw mid-donazzjoni ta’ karità tal-BOV assoċjata ma’ dan il-premju.
