Stewart Said
EXILES WELBEE’S……………….. 6
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 19
(0-4), (1-5), (2-4), (3-6)
San Ġiljan JP Projects komplew iżommu r-rekord perfett wara erba’ logħbiet. Storja b’faċċata waħda; San Ġiljan jiddominaw mill-bidu sal-aħħar b’Exiles ma setgħux irażżnu l-qawwa Ġiljaniża.
Erba’ gowls mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni wittew it-triq lejn ir-rebħa għat-tim ta’ Zeljko Kovacic. Il-vantaġġ saħansitra kiber għal 8-0 sakemm Exiles skorjaw l-ewwel gowl permezz ta’ Mark Fenech.
Id-distakk kompla jiżdied gradwalment, bir-rebħa aċċertata għal San Ġiljan. Ben Plumpton għalihom u Kurt Griscti għal Exiles skorjaw doppjetta kull wieħed. Fl-aħħar sessjoni Griscti skorja tripletta u spiċċa l-aqwa skorer tal-logħba f’dik li tista’ titqies bħala l-uniku konsolazzjoni ta’ Exiles fil-logħba.
Exiles: F. Buhagiar, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, L. Gialanze, M. Martellacci, S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti (5), N. Paris, D. Fenech, M. Aquilina, N. Saliba, M. Paris Roding, A. Farrugia
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea (3), G. Bonavia (1), M. Zammit (1), B. Plumpton (5), J. Bonavia (3), J. Abela, N. Zammit (1), D. Zammit, N. Bonavia (2), G. Borg, L. Montebello Brownrigg, K. Calleja (1)
Referees: Alex de Raffaele, Stefan Licari
SIRENS………………………….. 5
SLIEMA FRANK SALT… 13
(2-4), (1-3), (0-3), (2-3)
Sliema Frank Salt wieġbu għar-rebħa ta’ San Ġiljan aktar qabel biex huma wkoll baqgħu b’punti massimi. F’dak li kellu jkun l-aħjar konfront tal-ġurnata, Sliema kellhom il-kontroll tal-logħba u ftit taw spazju lil Sirens biex ikollhom l-aħjar mumenti fil-logħba.
Bidu tajjeb minn Sliema li kisbu vantaġġ doppju permezz tas-centre Jerome Gabarretta. Sirens wettqu reazzjoni u rkupraw b’gowl ta’ Jerome Zerafa Gregory u penalty ta’ Gianni Farrugia sakemm Liam Galea reġa’ poġġa lil Sliema fil-vantaġġ b’doppjetta.
It-tim ta’ Beto Fernandez fetaħ distakk ta’ erba’ gowls fit-tieni sessjoni wara gowls ta’ Dino Zammit u Kieyan Borg li għamluhom 7-3. Is-Slimiżi xejnu possibbiltà ta’ rimonta minn Sirens fit-tielet sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi minn doppjetta ta’ Liam Galea u Matthew Mifsud. Huma komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni għal rebħa komda.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan, J. Cachia, J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (1), M. Chircop, W. Ruggier, G. Sammut, M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis, K. Agius
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (4), D. Rizzo, K. Borg (1), B. Cachia (2), E. Schembri (1), M. Mifsud (2), J. Brownrigg, S. Engerer, Z. Mizzi, D. Zammit (1), A. Bugeja, J. Sciberras
Referees: Peter Balzan, Alex de Raffaele
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 13
VALLETTA IZIBET…………….. 5
(4-1), (3-1), (2-1), (4-2)
It-tieni rebħa għal Neptunes Videoslots f’din l-edizzjoni. Tliet punti li waslu mingħajr diffikultà hekk kif urew is-superjorità tagħhom. Protagonist Sam Gialanze, awtur ta’ ħames gowls.
Doppjetti ta’ Gabriel Pace u Sam Gialanze taw vantaġġ ta’ 4-0 lil Neptunes, liema vantaġġ komplew jikkonsolidawh tul il-logħba. Valletta setgħu biss jippruvaw jillimitaw id-danni u lejn il-bidu tat-tielet sessjoni rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 7-3 permezz ta’ Kyle Cremona.
Hawn għal darba oħra waslu erba’ gowls konsekuttivi bejn it-tielet u l-aħħar sessjoni li kabbru l-vantaġġ għal 11-3. Valletta wieġbu darbtejn, b’Enrico Mallia ssiġilla r-rebħa.
Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (5), G. Pace (2), C. Cutajar, M. Zammit, M. Castillo, J. Camilleri (1), B. Zammit, J. Bajada (2), E. Mallia (2), J. Valletta (1), M. Farrugia, E. Bonnici, M. Aquilina
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines (1), Z. Micallef (1), J. Cassar, S. Busuttil (1), T. Said, D. Paolella, J. Chircop, S. Micallef (1), A. Agius, M. Demarco, K. Cremona (1), A. Theuma, J. Pace Mizzi
Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca
BIRŻEBBUĠA FREEPORT….. 11
MARSASKALA……………………… 8
(2-2), (4-3), (4-2), (1-1)
Konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet, dejjem ikun missielet u din il-logħba ma kinitx eċċezzjoni. Birżebbuġa kienu l-aktar konċentrati u r-rebħa tagħhom tista’ titqies meritata.
Mark Carani poġġa lil Marsaskala 2-0 minn fuq iżda Birżebbuġa rkupraw u wara li ġabu d-draw fl-ewwel sessjoni, ħadu l-vantaġġ tliet darbiet fit-tieni sessjoni għal vantaġġ minimu ta’ 6-5.
Jake Ciantar ġab id-draw iżda Peter Borg ta vantaġġ doppju lil Birżebbuġa, vantaġġ li minnu Marsaskala ma rkupraw qatt. Waqt it-tielet sessjoni, il-logħba żiedet ukoll fit-tensjoni, b’Marsaskala jilmentaw minn deċiżjonijiet arbitrali. Birżebbuġa kkontrollaw b’għaqal fl-aħħar sessjoni.
Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (5), N. Cassar, B. Grech (1), K. Grech, R. Mock, R. Spiteri, D. Cutajar, D. Farrugia, K. Tanti (2), G. Mannino (1), M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva (2), S. Bezzina
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, M. Agius, R. Greco, E. Bilgin, K. Navarro, D. Tully (2), D. Pace Lupi, G. Sammut (1), J. Ciantar (2), M. Carani (3), A. Muscat, A. Buhagiar, J. Poulton
Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri
Logħob li jmiss
Is-Sibt 21 ta’ Jannar
Marsaskala v Sirens 2.30pm
Sliema v Exiles 3.35pm
San Ġiljan v Neptunes 4.40pm
Valletta v Birżebbuġa 5.45pm
Kif Jinsabu
L R D T F K Pti
San Ġiljan 4 4 0 0 67 23 12
Sliema 4 4 0 0 57 23 12
Birżebbuġa 4 2 0 2 36 42 6
Sirens 4 2 0 2 37 48 6
Neptunes 4 2 0 2 42 31 6
Marsaskala 4 1 0 3 24 46 3
Exiles 4 1 0 3 26 49 3
Valletta 4 0 0 4 16 43 0
//= $special ?>