Lokali Saħħa

Il-Ministru Chris Fearne jibqa’ ma jweġibx lil Net News

Skiet assolut mill-Ministeru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne wara li s-Sibt filgħodu Net News kiteb u staqsa sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Ministru permezz ta’ e-mail.

Dan b’rabta mal-mewt li allegatament seħħet fil-kuritur tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, mewta li l-Ministeru nnifsu ma ċaħadx li seħħet, mewta li allegatament ma kinitx l-unika waħda li ġrat fl-aħħar ġimgħa fl-istess kurituri.

Filwaqt li aktar kmieni l-Ministeru ħareġ stqarrija jiċħad li l-imwiet seħħew minħabba kwistjonijiet burokratiċi, tajjeb li wieħed ifakkar li fl-ebda mument ma ċaħdu li seħħew.

Net News bgħat is-segwenti domandi, liema domandi baqgħu mhux imwieġba sal-ħin tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu.

Wieħed jittama li sseħħ tweġiba serja minn naħa tal-Ministeru għal dawn id-domandi.