Ikompli joħroġ fid-deher kemm il-Gvern Laburista huwa maqtugħ mir-realtà tal-poplu u ma jinteressahx mill-weġgħat tan-nies.
Dan wara li is-Segratarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, qaltilna b’mod car li skont hi…. il-problema tal-mediċini out of stock mhix taffetwa lill-kostitwenti tagħha.
Għal dawn l-aħħar ġimgħat, kienu bosta l-persuni li urew it-tħassib tagħhom għall-problema tal-mediċini out of stock. Mediċini li jitrattaw bosta kundizzjonijiet serji fosthom il-kanċer, l-altrite u d-dijabete. U agħar minn hekk, fost dawn il-mediċni, hemm uħud li ma hemmx alternattiva għalihom.
Mistoqsija minn-Net News biex tgħidilna x’soluzzjonijiet għandu l-Gvern għal din il-problema li qed taffettwa lil bosta persuni minn żagħżagħ sa anzjani…. Zerafa Civili ħarbet milli twieġeb…. U qalet biss li n-nies, skont hi, qed jgħixu ħajja komda.
Alison Zerafa Civelli ma kellha ebda risposta lesta biex tgħidilna x’qed jagħmel il-Gvern ta’ Robert Abela quddiem din il-problema u kemm hawn mediċini out of stock.
Skont il-Gvern bħalissa hemm mill-inqas 22 mediċina out of stock… b’uħud minnhom qas biss hemm ħjiel dwar meta se jkunu qed jaslu f’pajjiżna. Iżda bosta persuni li għamlu kuntatt ma’ Net News semmew numru ta’ mediċini oħra li jinsabu out of stock u li l-Gvern mhux isemmi.
U sadattant, waqt li bosta pazjenti huma inkwetati rigward saħħithom, il-Gvern ta’ Robert Abela m’għandu ebda soluzzjonijiet għal din il-problema.
//= $special ?>