Żewġ Somali, żagħżugħ ta’ 25 sena u raġel ta’ 41 sena, inżamu taħt arrest wara li s-Sibt filgħodu tressqu l-Qorti akkużati li ħebbew għal raġel kif ukoll li serquh.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-għaxra ta’ Jannar fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa fejn iż-żewġ barranin ġew akkużati wkoll li żammew il-vittma kontra l-volontà tiegħu kif ukoll li darbuh ħafif.
Filwaqt li s-Somali ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom, l-akkużat ta’ 41 sena ġie mixli li huwa wkoll riċediv.
Fil-Qorti instemgħa kif il-vittma li huwa mill-Indja, ndarab permezz ta’ daqqiet ta’ martell waqt li kien qiegħed jistenna fuq bus stop..bil-Pulizija saħansitra tippreżenta evidenza ta’ filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà.
Dan filwaqt li l-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużati nqabdu ftit tas-sigħat wara bix-xhieda tagħhom tkun li huma kienu hemm meta seħħ il-każ iżda ħarbu meta qamet kommossjoni sħiħa. Filwaqt li ż-żagħżugħ ma talabx għal ħelsien mill-arrest, l-akkużat l-ieħor talab għall-ħelsien madanakollu l-Maġistrat Ian Farrugia ma laqax din it-talba fid-dawl li m’għandhomx indirizz fiss f’pajjiżna
//= $special ?>