Il-proċeduri tal-isptar fl-ebda mument ma jwaqqfu l-kura tal-pazjent jew jipprekludu lill-pazjent milli jiddaħħal f’sala minħabba proċeduri relatati mal-file tal-pazjent.
Kien b’dan il-mod illi l-Ministru Chris Fearne wieġeb għar-rappurtaġġ ta’ Net News dwar żewġ imwiet li seħħew fl-aħħar jiem fl-Emerġenza – b’infermieri stess jikkundannaw il-burokrazija li inħakem biha l-management ta’ Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa kkundanna dak li sejjaħ “rappurtaġġ fittizju”, għalkemm fl-ebda ħin ma ċaħad l-istorja pubblikata minn dan is-sit aktar kmieni dalgħodu.
Chris Fearne għadu sa issa ma weġibx serje ta’ domandi mibgħuta minn Net News.
Lanqas il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar ma wieġbet għad-domandi tagħna.
//= $special ?>