Lokali

Raġel jittieħed l-isptar wara inċident bejn tliet karozzi u mutur

Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed l-isptar b’urġenza wara inċident li seħħ fis-7pm fil-Marsa-Ħamrun bypass.

Il-mutur kien misjuq minn raġel, illi kellu jittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Fil-ħabta – apparti l-mutur – kienu involuti tliet vetturi; Mercedes misjuqa minn żagħżugħ Sirjan ta’ 25 sena, Mazda misjuqa minn żagħżugħ ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn u Seat misjuqa minn mara ta’ 29 sena minn Ħ’Attard. Is-sewwieqa tal-vetturi ma ġarrbu ebda ġrieħi.

Kawża tal-inċident, it-triq damet sa tard filgħaxija b’karreġġata waħda magħluqa.