Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li żgħażugħ ta’ 28 sena residenti l-Mosta li kien qed isuq Mutur Honda u ieħor ta’ 27 sena residenti s-Swieqi li kien qed isuq mutur Husqvarna sofrew xi ġrieħi wara ħabta ma’ żewġ vetturi oħra.
Fl-istess inċident kienu nvoluti wkoll Toyota Vitz misjuqa minn raġel residenti l-Ħamrun u Peugeot 208 misjuqa minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ xufiera tal-muturi flimkien ma’ mara ta’ 25 sena residenti s-Swieqi li kienet passiġġiera mar-raġel ta’ 27 sena, l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, l-irġiel kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ma sofriet l’ebda’ ġrieħi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni:
Żewġ sewwieqa tal-muturi kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn 3 karozzi u 2 muturi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident fi Vjal Indipendenza fil-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fil-post filwaqt li ambulanza ħadet lix-xufiera tal-muturi l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Is-sewwieqa tal-karozzi ma’ ġarrbu l-ebda ġrieħi filwaqt li karozza minnhom li kienet involuta fl-inċident kienet ipparkjata.
Intant, bħalissa Vjal l-Indipendenza tinsab magħluqa għat-traffiku hekk kif il-Pulizija ħeġġet sabiex is-sewwieqa jagħmlu użu minn rotot alternattivi.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>