PIETÀ H………………….2
XEWKIJA T……………..0
Pietà H: R. Cini (J. Farrugia 62′), S. Okoh, C. Bangura, T. Abraham, J. Ghio (A. S. Wismayer 15′), T. Agius (K.Catania 71′), Y. Morita (L. Gatt 62′), Z.Leonardi, G. Ogungbe, K. Leonardi (G. Xuereb 71′), T. Yamaguchi
Xewkija T: N. Kosanin, J.Vella, M. Mercieca, J. Buttigieg (T. Axiak 88′), L. Hernandez, D. Bogdanovic, J. A. Valencia, A. Bozovic, D. Mercieca (M. Bonnici 84′), D. Andelovic, J. Camilleri (S. Xuereb 46′)
Referee: Ezekiel Barbara
Skorjaw: Y. Morita 41′, 61′
Pietà Hotspurs kellhom wirja konvinċenti kontra Xewkija Tigers biex b’rebħa ta’ 2-0 għamluha għall-fażi li jmiss tal-FA Trophy fejn issa jiltaqgħu kontra San Ġwann.
Pietà marru minn fuq fil-41 minuta b’gowl tal-Ġappuniż Yuto Morita li mill-viċin għeleb lil Kosanin biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur it-tim immexxi minn Rodney Bugeja.
Erba’ minuta mill-bidu tat-tieni taqsima l-goalkeeper ta’ Xewkija ġab save tajjeb fuq xutt ta Temitope li kien imdawwar f’korner.
Xewkija laqtu l-lasta meta minn free-kick mogħti minn Andelovic, kien Dejan Bogdanovic li daħal tajjeb iżda ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-wieqfa u tibqa’ sejra barra.
Pietà skorjaw it-tieni gowl u dak li ssiġilla r-rebħa fil-61 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx minn Yuto Morita li għaqqad dopjetta personali għal skor finali ta’ 2-0 favur il-Hotspurs.
//= $special ?>