Internazzjonali

Iżrael: Jipprotestaw dwar ir-riformi pjanati għall-Ġudikatura

‘Il fuq minn 80,000 dimostrant ħarġu f’Tel Aviv biex jipprotestaw kontra l-pjani tal-Gvern ġdid ta’ koalizzjoni biex jirriforma l-ġudikatura b’mod li jagħmilha aktar faċli għall-Parlament biex jaqleb il-verdetti tal-Ogħla Qorti Iżraeljana.

Id-dimostranti fissru lill-bidliet proposti mill-Gvern tal-lemin bħala attakk fuq id-demokrazija waqt li saru wkoll ir-rallies barra r-residenza tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, f’Ġerusalemm, kif ukoll fil-belt ta’ Haifa.

Il-koalizzjoni f’Iżrael hi l-aktar Gvern konservattiv fl-istorja ta’ Iżrael u l-kritiċi tar-riformi qalu li dawn se joħolqu l-intoppi kbar għall-ġustizzja fost it-tkattir tal-korruzzjoni u l-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-minoranzi fil-pajjiż.

Akkuża oħra hi li l-Gvern ta’ Netanyahy qiegħed jaħseb biex itellef il-kredibbiltà tas-sistema tal-qrati f’Iżrael.