Jikkonferma dak li t-tobba, l-akkademiċi u numru ta’ esponenti ilhom jgħidu l-ġimgħat.
Robert Abela ammetta li l-kliem li hemm preżentament fl-emenda li se tkun qed iddaħħal l-abort f’pajjiżna ma kinx b’kumbinazzjoni…. anzi kien hemm il-ħsieb warajh li jkun kif ġie preżentant.
Dan id-diskors wasslu meta l-Ħadd filgħodu kien qed jindirizza l-folla Laburista fis-City Teatre fil-Belt b’Abela jinsisti li l-emenda dwar l-abort se tibqa’ għaddejja….
Fid-diskors li wassal, Abela m’għamel l-ebda referenza għall-mediċini out-of-stock.
L-ebda referenza għas-sitwazzjoni diżastruża fl-isptarijiet.
F’diskors mimli attakki partiġġjani, il-Prim Ministru Robert Abela ma ta l-ebda indikazzjoni kif se jkun qiegħed isolvi l-problema tan-nuqqas ta’ mediċini, in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa u kif ukoll kif se jkun qiegħed jara li ż-żgħażagħ Maltin jibqgħu Malta….
Dwar din tal-aħħar kien għamel referenza għaliha din il-ġimgħa l-President ta’ Malta George Vella fejn qal li jeħtieġ li ssir ħidma biex iż-żgħażagħ Maltin jibqgħu Malta, u jiżviluppaw it-talenti tagħhom f’pajjiżna. Fid-diskors li wassal, Robert Abela qal li jimpurtah minn dawk li qed ibatu fis-silenzju, iżda fl-istess waqt ma lissen l-ebda kelma dwar l-għoli tal-ħajja u kif kważi 90,000 persuna jinsabu f’riskju ta’ faqar.