Waqt il-laqgħa pubblika Miranne Sapiano tkellmet fuq esperjenza ta’ raġel ta’ 47 sena li kien adottat fejn dan ir-raġel japrezza l-fatt li l-omm bijoloġika tiegħu tagħtu l-ħajja iżda fl-istess waqt hu ma jħoss xejn aktar għaliha.
Huwa qal li kieku ommu ma welditux, huwa qatt ma kien isib familja li wrietu mħabba u għożża kbira. Kieku ma kienx għall-omm bijoloġika tiegħu huwa qatt ma kien ikollu t-tfal.
Miranne Sapiano saħqet li dan ir-raġel iħobb ħafna lill-familja li addottatu filawaqt li jirrispetta lill-persuna li welditu talli tagħtu l-ħajja.
Sapiano saħqet li kull ħajja għandha tiġi ċċelebrata għaliex kull ħajja hija prezzjuża u ħaqqha ċ-ċans għal dak kollu li toffri l-ħajja.
Hija temmiet id-diskors tagħha hekk kif saqsiet; “jekk anke fil-funerali niċċelebraw il-ħajja mela għalfejn ma niċċelebrawx dik il-ħajja li tkun għadha kif bdiet?” U b’dik il-mistoqsija hija reġgħet għamlet l-appell tagħha li għandna nilqgħu kull ħajja f’din id-dinja u mhux neqirduha permezz tal-abort.
//= $special ?>