Lokali

Tittella’ l-14-il edizzjoni ta’ ‘Festa Ċitru’ b’risq il-MCCFF

Il-Ħadd filgħodu ttellgħat l-14-il edizzjoni ta’ Festa Ċitru ġiet organizzata mill-Uffiċċju tal-President f’The President’s Kitchen Garden, San Anton.

Waqt din l-attivita nbiegħ larinġ, lumi u frott ieħor taċ-ċitru maqtugħ mill-ġardinara u mit-tfal tal-iskola li jżuru l-ġonna tal-Palazz.

Inbiegħu wkoll kejkijiet u ħelu magħmul mil-larinġ, bil-fondi kollha jmorru għal The Malta Community Chest Fund.

Apparti l-ikel kien hemm divertiment kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar b’logħob u varjetà ta’ mużika allegruża fejn kienu bosta li attendew għal din il-festa tal-familja.