Lokali

“L-ebda marda ma tista tkun imfejqa bl-abort” – Peppi Azzopardi

Waqt il-laqgħa pubblika Peppi Azzopardi rrakkonta storja dwar koppja maskili li damu is-snin jistennew sabiex jadottaw fejn meta kellhom iċ-ċans huma adottaw tifel b’abbiltajiet speċjali dan għaliex l-ebda koppja oħra ma riditu. Illum il-ġurnata dan it-tifel għandu 7 snin.

Peppi qal li wieħed mill-missirijiet qed jinkwieta għaliex jekk tidħol din l-emenda se joqtlu tfal bħal ibnu. “Kif se ngħid lil ibni meta jsaqsini għalfejn qed jinqatlu t-tfal, qed jinqatlu tfal li huma bħalu.”

Waqt id-diskors tiegħu huwa qal; “Nistaqsi lill-Gvern…lil dawk l-immigranti li qed jaħarbu mill-Libja mhux qed tinkwieta fuq saħħithom. Għala qed tibgħathom lura lejn il-Libja meta lill dawn l-immigranti l-Libja jistuprawhom. B’hekk qed tibżgħu għal saħħithom?”

Peppi sostna li l-ebda marda ma tista titfejjaq bl-abort kif ukoll l-abort qatt ma huwa soluzzjoni. Huwa qal li jekk mara tinsab tqila iżda hija fqira għandna neqirdu l-faqar u mhux neqirdu lit-tarbija fil-ġuf.

Huwa tkellem ukoll dwar il-każ ta’ Prudente fejn qal li fil-Qorti kien intqal li Andrea Prudente qatt ma kienet fil-periklu tal-mewt iżda saħansitra kien hemm il-possibilita’ li l-fetu tagħha jgħix.

Fl-aħħar tad-diskors tiegħu Peppi għamel appell sabiex tingħata l-għajnuna lill-mara u lit-tarbija flimkien għaliex dejjem għandna nkunu favur iż-żgħir.