Lokali

Miss Universe Malta tirbaħ it-titlu ta’ Miss Congeniality

Maxine Formosa Gruppetta, li rrapreżentat lil Malta fis-serata tal-71 edizzjoni ta’ Miss Universe f’New Orleans rebħet it-titlu ta’ Miss Congeniality.

Dan it-titlu jingħata lil iktar kontestanta ġentili u umli, u l-kontestanti stess jagħżlu bejniethom min ħaqqu dan it-titlu.

Din hija l-ewwel darba li kontestanta Maltija rebħet titlu f’isem Malta.

Fil-kummenti tagħha, Maxine, qalet li ħafna jaħsbu li waqt dan il-konkors ikun hemm ħafna għira, iżda mhux il-każ. Qalet li kien hemm ħbiberija pożittiva. Kompliet tgħid li dawn il-valuri tafhom grazzi għal ommha.

R’Bonney Gabriel mill-Istati Uniti rebħet il-71 edizzjoni ta’ Miss Universe. Is-sena l-oħra, Gabriel, saret l-ewwel Filippina-Amerikana li rebħet Miss USA.

Matul dan il-festival ħadu sehem 84 mara minn pajjiżi differenti.