Internazzjonali

Nepal: ‘Il fuq minn 40 persuna jmutu wara li ġġarraf ajruplan

‘Il fuq minn 40 persuna tilfu ħajjithom wara li ajruplan li fuqu kien hemm 72 passiġġier. L-ajruplan li kien qiegħed itir taħt il-linja tal-avjazzjoni Yeti kien fi triqtu mill-kapitali tan-Nepal, Kathmandu lejn il-villaġġ turistiku Pokhara.  

Filmati li nġibdu mumenti wara l-inċident juru duħan iswed ħiereġ mit-tiġrif tal-ajruplan, filwaqt li ħaddiema tas-sigurtà flimkien ma’ għadd ta’ ċivili jippruvaw jassistu u jaraw jistgħux isalvaw il-ħajjiet.

Mill-informazzjoni li qed tingħata, fuq l-ajruplan kien hemm 15-il persuna barranija, u żewġ t’itfal.

L-ajruplan waqa’ kilometru ‘l bogħod mill-mitjar, b’rapporti jindikaw li raw l-ajruplan idur, sakemm imbagħad ħabat mal-art u ġġarraf “f’mitt biċċa”.