Raġel ta’ 62 sena residenti ir-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15am ta’ filgħodu fi Triq Pompej, ir-Rabat, Għawdex hekk kif il-Pulizija marret minnufih fuq il-post.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta li s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>