Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi ħfief wara inċident fi Triq is-Salini

Raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Kirkop sofra minn ġrieħi ħfief wara li kien involut f’inċident fi Triq is-Salini, n-Naxxar.

Nies minn fuq il-post qalulna li l-mutur intlaqat minn vettura li l-pjanċi tagħha huma barranin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am ta’ filgħodu hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm inċident bejn karozza u mutur.

Il-Pulizija marret immedjetament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Kawasaki u karozza Opel Vetra misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti l-Imġarr.

Tim mediku mar fil-post u ta l-assistenza fejn ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.