Waqt laqgħa pubblika, ‘Iva, favur il-ħajja’ il-professjonista Daniela Zerafa qalet li dawn in-nisa li jfittxu l-abort ikunu għaddejjin minn sfidi kbar fosthom problemi tad-droga, vjolenza domestika, faqar, problemi ta’ housing fost affarijiet oħra. U allura, lil dawn in-nisa rridu nkun hemm għalihom għaliex l-abort mhuwiex is-soluzzjoni.
Hija sostniet li hemm bżonn id-dritt għall-ħajja mħarrsa għall-ulied.
Zerafa qalet; “qatt ma nistgħu naċċettaw l-emenda kif inhi bħalissa għaliex żgur li mhux se tipproteġi l-omm għaliex lil dawn in-nisa rridu naċċertawhom li s-soċjeta’ se toffrilhom aktar kif ukoll se toffri aktar lil uliedhom.”
Daniela Zerafa qalet li t-tfal li tieħu ħsieb li jinsabu fil-fostering tgħidilhom; “Kieku ommok ma tatekx il-ħajja m’għandekx vuċi jew opinjoni għaliex l-omm tagħti l-ħajja u l-ewwel dritt li huwa propju tal-ħajja.”
Hija qalet li t-tfal kollha għandhom dritt jikbru f’imħabba u għożża għaliex anke jekk l-omm għandha diversi sfidi hemm soċjeta li lesta tieħu ħsieb lil uliedhom f’mumenti li huma ma jistgħux. It-tfal kollha għandhom jiġu offruta kull opportunita possibli.
Hija sostniet; “min hu tassew favur il-ħajja ma jħarisx biss lejn l-omm iżda jħares ukoll lejn l-ulied.”
Daniela Zerafa fi tmiem tad-diskors tagħha aċċennat li t-tarbija fil-ġuf u tarbija li tkun għadha kif twieldet hija l-istess. U allura, din l-emenda hija ta’ insult għal dawn in-nisa.
//= $special ?>