Sport Sport Ieħor

Victor Calvagna u Jack Schiavone imfakkra fi Sport Extra tal-lum

Filwaqt li fit-tlettax-il programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq NetTelevision fl-ewwel parti enfażi hija fuq il-waterpolo tan-nisa u ż-żjara f’Malta ta’ Pro Recco Women Masters fit-tieni parti żewġ temi differenti.

Fl-ewwel parti intervisti ma’ DALE DOWLING, kowċ tat-tim tan-nisa tal-waterpolo ta’ Sirens ASC kif wkoll ma’ FRANCESCO ZONGOLI, kowċ ta’ Pro Recco Women Masters rebbieħa tal-aħħar Kampjonat tal-Ewropa Masters li saru f’Ostia, l-Italja s-sena li għaddiet.

Fit-tieni parti enfażi dwar il-ktieb ‘VICTOR – you are an iron man’ xogħol MARK GALEA b’rabta ma’ dak li wettaq fl-isport Victor Calvagna li miet sena ilu, liema ktieb huwa wkoll mezz sabiex jinġabru fondi għal Puttinu.

Intervista wkoll ma’ CAROLINE SCHIAVONE mart iċ-ċiklist Jack Schiavone, li miet is-sena li għaddiet u l-organizzatura ta’ Cycling with Jack for l-Istrina, attività li għandha ssir fit-22 ta’ Jannar.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia.