Lokali Saħħa

Fearne jisħaq li din mhux emenda dwar l-abort

It-Tnejn filgħodu, mistoqsi minn Net News, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne baqa’ jinsisti li din mhix emenda dwar l-abort.

Dan minkejja li diversi persuni, esperti, akkademiċi u oħrajn qrib sew tal-Partit Laburista…fosthom il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca qed jitolbu lil Robert Abela sabiex ma jibqax jistina rasu u verament jiehu decizjoni favur il-ħajja – kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija fil-ġuf.

F’risposti lil dan l-istazzjon, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta’ x’jifhem li din il-kwistjoni mistennija ddum sejra ġimgħat sħaħ. Hekk kif għad m’hemmx data għal-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari.

Minkejja li kien mistoqsi minn Net News x’tibdiliet huma dawk li kien qed jirreferi għalihom jiem ilu….Fearne baqa xorta waħda ma weġibx. Chris Fearne ma weġibx lanqas jekk hu personali huwiex favur l-abort jew le.