Lokali Parlament

Gvern dittatorjali li jrid jikkontrolla l-Kummissarju għall-Istandards

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-gvern Laburista hu Gvern dittatorjali li jrid jikkontrolla l-Kummissarju għall-Istandards.

Ivan Bartolo qal li l-abbozz li qed iressaq dwar il-Kummissarju għall-Istandards Pubbliċi se titfa’ lill-pajiż lura u sostna li meta nħatar il-Kummissarju għall-Istandards ma kienx hawn kontroversja.

Ivan Bartolo qal li l-gvern ird bilfors li tgħaddi tiegħu u jkun magħżul il-kandidat tiegħu. Dan qed iwaqqa’ dak li sar meta nħatar il-Kummissarju għall-Istandards. Il-gvern irid kontroll assolut fuq il-Kummissarju għall-Istandards, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-kultura ta’ riżenji lanqas tiġi f’moħħ il-gvern minkejja d-diversi każi li seħħu.

Ivan Bartolo qal li fit-toroq kulħadd qed jgħid li dan hu gvern dittatorjali u sostna li fil-pajjżi dejjem intlaħaq ftehim fil-karigi li fihom hemm bżonn iż-żewġ terzi. Hu kompla li l-gvern għandu attitudni dittatorjali fil-miftuħ u appella biex il-gvern jasal għal soluzzjoni billi jkunu proposti ismijiet oħra.