Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara li waqgħu barrikati tal-konkos

Parti minn Triq il-Kosta tinsab magħluqa wara li xi barrikati tal-konkos li kienu qed jiġi trasportati fid-direzzjoni lejn San Ġiljan waqgħu minn fuq trakk.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-8:45am, b’kelliem għall-Pulizija jikkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Pulizija u uffiċjali ta’ TM jinsabu fil-post biex jikkontrollaw it-traffiku.