Graziella Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li l-gvern kellu opportunitá jsib persuna ta’ fiduċja bħala Kummissarju għall-Istandards iżda fil-verità ma riedx.
Graziella Galea qalet li l-gvern qed jipproponi li jiżżarma metodu biex il-Kummissarju għall-Istandards ma jibqax jingħażel miż-żewġ terzi tal-parlament. Hu kompliet li l-Kummissarju għall-Istandards kien qed jiffunzjona tajjeb u sostniet li l-ex Kummissarju Hyzler wettaq id-diversi tiegħu bl-aqwa mod anki jekk kien hemm kritika u kontroversji madwar deċiżjonijiet li hu ħa.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern ħassli kien aħjar li jinstab rwol ieħor għall-ex Kummissarju Hyzler biex b’hekk ma jkomplix iservi bħala Kummissarju għall-Istandards. Hi sostniet l-Oppożizzjoni m’għandha l-ebda interess li l-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards tibqa’ battala.
Il-fatti huma li l-Prim Ministru kellu iktar minn ħames xhur ċans biex isib persuna oħra ta’ fiduċja minflok George Hyzler iżda l-gvern baqa’ jinsisti fuq il-persuna waħda li qed jibqa’ jinsisti fuqu.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li akost li jnaqqas id-demokrazija, il-gvern bilfors irid lil din il-persuna bħala Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-gvern lnaqas biss ressaq persuna oħra għal din il-kariga, sostniet Graziella Gela, liq al li l-gvern mhux jikkonsulta dwar din il-kariga.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni kif irid il-gvern tfisser biss bidla fil-liġi biex ikun hemm tnaqqis fid-demokrazija. F’nofs il-proċess, il-gvern qed ibiddel ir-regoli tal-proċess, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>