Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Jiżdiedu l-vittmi ċivili wara l-attakki fuq Dnipro

Telgħu għal 35 il-persuni — kważi kollha ċivili — li nqatlu fl-attakk mill-Armata Russa fuq binja residenzjali fil-belt Ukrena ta’ Dnipro.

Minbarra dawn il-vittmi, kien anki ftit anqas minn 100 midruba, li jinkludu t-tfal.

Rapporti oħra, intant, qed jindikaw li l-vittmi fi Dnipro jinkludu tfajla ta’ 15-il sena u meta talanqas 30 persuni oħra ma nstabux.

Fl-aħħar sigħat ukoll, il-qawwiet Russi wettqu anki attakk fuq Kherson., li ftit xhur ilu kienet waqgħet lura f’idejn l-Ukreni u fejn intlaqtu z-zoni riservati għall-uffiċjali tas-Salib l-Aħmar.

Wara din is-sensiela ta’ attakki fuq ċivili, kien hemm kliem iebes mill-President Ukren Volodymyr Zelensky li ċanfar anke l-passivita tal-poplu Russu quddiem dawn l-atrocitajiet.