Ivan J.Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal fil-parlament li l-pożizzjoni tal-gvern dwar il-Kummissarju għall-Istandards qed tnaqqas id-demokrazija.
Ivan J.Bartolo qal li l-Prim Ministru jaf kemm hu importanti li l-Kummissarju għall-Istandards ikollu l-fiduċja ta’ żewġ terzi tad-deputati u sostna li l-politika moderna għandha tfisser djalogu. Mexxej ta’ pajjiż demokratiku għandu jispira li jmexxi b’kunsens, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din l-emenda fil-liġi qed tnaqqas id-demokrazija u qed issir ħsara lill-pajjiż. Hu appella lill-Prim Ministru biex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni u sostna li l-kwalità tad-demokrazija fil-pajjiż qed dejjem titnaqqas.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru jrid jikkunsidra li f’din il-kariga dejjem inħatret persuna bl-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-parlament. Il-pajjiż għandu l-għaqda taż-żewġ naħat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-poplu għandu jkollu messaġġ ta’ għaqda u mhux messaġġ ta’ pika u nuqqas ta’ maturità.
//= $special ?>