“L-MEP Maltija b’rekord pozittiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’Malta” –
analisti
“Xejn ma seta jippreparani għal dak li kelli nħabbat wiċċi miegħu, iżda għamilt dak li kelli nagħmel.” H
ekk stqarret man-New York Times il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola f’intervista esklussiva mal-ġurnal li għandu aktar minn 10 miljun qarrej irreġistrati miegħu.
Metsola kienet qed titkellem fuq l-azzjonijiet li kellha tieħu meta saret taf li l-Viċi President Soċjalista Eva Kaili u MEPs oħra, ukoll mill-grupp tas-soċjalisti, kienu se jiġu investigati fuq każi ta’ allegat korruzzjoni mill-Qatar.
Roberta Metsola iddeskriviet kif kellha titlaq minnufih minn żjara li kienet qed tagħmel f’Malta wara li l-pulizija Belġjana għarfuha li bħala President tal-Parlament Ewropew hi marbuta bil-liġi li tkun preżenti għar-raids tal-pulizija fid-djar tas-soċjalisti suspettati.
Il-ġurnal fakkar kif hi tkellmet dwar miżuri li trid tintroduċi biex ikun hemm kemm jista’ jkun fruntieri li jipprevjenu milli każ bħal dan jerġa jiġri.
In-New York Times irrimarka li fl-ewwel sena tagħha fit-tmexxija ta’ din l-istituzzjoni Ewropea, Roberta Metsola kienet l-ewwel f’diversi aspetti; fosthom l-ewwel Maltija fdata tmexxi istituzzjoni Ewropea, l-ewwel President tal-Parlament mara wara 20 sena u l-iżgħar President li qatt kellu il-Parlament Ewropew.
In-New York Times qal li nies li jahdmu favur aktar trasparenza appoggjaw lill-President Metsola minhabba li fi kliemhom “ghandha rekord pozittiv fejn tidhol il-glieda kontra l-korruzzjoni,” – certifikat iehor tal-kredibilta li tgawdi Roberta Metsola.
//= $special ?>