Is-Sindku Laburista ta’ Santa Venera, Stephen Sultana qed jaffaċja akkużi li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol filwaqt li fl-istess ħin ma ħalliex lill-uffiċjali tal-LESA jagħmlulu test tal-breathalyser.
Sultana qed iwieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi hekk kif qal li hu qatt ma kien fis-sakra u qatt ma ntalab jagħmel test breathalyser. Dan filwaqt li qed jgħid li huwa mhux twaqqaf mill-uffiċjali iżda waqaf ikellimhom hekk kif, fi kliemu stess, kien qed jinnota ċertu nuqqasijiet mill-uffiċjali.
Dan ħareġ fil-gazzetta Times of Malta dwar każ li jmur lura għal Lulju li għadda – każ illi seħħ fis-2 ta’ filgħodu, fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Venera.
L-uffiċjali tal-LESA qed jgħidu li s-Sindku Laburista mhux talli rrifjuta li jobdi l-ordnijiet tagħhom iżda saħansitra saq ‘l hemm b’mod perikoluż tant li kważi tgħajjar wieħed minnhom.
Jidher ukoll li hemm stqarrija minn Stephen Sultana, li tikkontradixxi lil ta’ qabilha, fejn jghid li huwa kien ilu jinnota diversi uffiċjali jiskartaw, b’uħud ma kienux fil-post assenjat għalihom jiggwidaw it-traffiku u oħrajn saħansitra rieqdin fil-karozza.