Internazzjonali

Is-soċjalisti ma jagħmlu l-ebda referenza dwar l-MEPs ħatja ta’ reati kriminali fi ħdanhom

llum l-MEPs qed jiltaqgħu fi Strasburgu għall-ewwel sessjoni plenarja tas-sena. Fil-ftuħ tas-sessjoni tħabbar li bdiet proċedura fil-konfront ta’ zewġ MEPs soċjalisti oħra – il-Belġjan Marc Tarabella u t-Taljan Andrea Cozzolino.

Minkejja li l-pressjoni qed tibqa tizdied fuq is-socjalisti, anke wara li l-ġimgħa l-oħra irrizenjaw zewġ MEPs minn tagħhom mit-tmexxija ta’ kumitati parlamentari, l-grupp soċjalista baqa’ ma ħabbar l-ebda dettalji dwar l-inkjesta imwiegħda f’Diċembru.

Din il-kamra tal-aħbarijiet baqgħet tipprova tikseb risposta mingħand il-President Soċjalista Garcia Perez u l-MEP nominat biex jieħu post Eva Kaili, Marc Angel, dwar x’regoli ġodda se jkunu qed jiġu infurzati biex jipprevjenu MEPs li nstabu ħatja ta’ reati kriminali milli jkunu parti mill-grupp tas-soċjalisti; mistoqsijiet li baqgħu mhux imwiegba.