Lokali Parlament

Jeħtieġ diskussjoni fuq il-proċess iktar milli fuq l-ismijiet

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Sptieri qal fil-parlament li f’diskussjonijiet dwar karigi li jeħtieġu ż-żewġ terzi tad-deputati, bħal dik tal-Kummissarju għall-Istandards, id-diskussjoni għandha ssir fuq il-proċess iktar milli fuq il-persuni.

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li dawn is-sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ qbil huma inkwetanti u sostna li l-poplu jrid li l-parlament jilħaq qbil dwar il-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards.

Dan biex il-poplu jkollu assigurazzjoni li s-sitwazzjoni hi waħda demokratika, sostna Stephen Sptieri, li kompla li l-parlament għandu jun il-leħen demokratiku tal-poplu fejn il-maġġoranza ma tużax sistemi differenti biex tasal fejn għandha tasal.

Hu appella biex id-diskussjoni tkun fuq l-ismijiet għandha tiffoka fuq il-proċess u qal li fl-istorja politika dejjem kien hemm żblokk għal kull sitwazzjoni diffiċli. Dan il-ftehim għandu jintlaħaq għax id-deputati għandhom ikunu responsabbli, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li Malta mhix rappreżentata biss mill-gvern iżda wkoll mill-Oppożizzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu ta’ dispjaċir li l-palament mhux jasal għal soluzzjonijiet u sostna li l-gvern issa qed jibdel il-mekkaniżmi u jimmina d-demokrazija tal-parlament. Din is-sitwazzjoni se toħloq preċedent, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella lill-gvern biex isiru laqgħat li jsibu soluzzjonijiet.